GOV.MT

www.gov.mt | doi.gov.mt | education.gov.mt                                      Dritt ta' l-Awtur | Ċaħda | Segretezza Personali
Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilita'

Europass Malta
Dwar Malta NEC

  Dwar Malta NEC u
 
Aħbarijiet

 

  Użu tal-Europass
 

  Curriculum Vitae
 

  Passaport tal-
  Lingwa

 

  Suppliment tad-
  Diploma

 

  Suppliment taċ-
  Ċertfikat

 

  Mobbilta'
 

  Organizzazzjonijiet
 
Relatati

 

  Ikkuntattjana
 

  Mappa tas-Sit
 

  Links
 
 
  Fittex:
 
 

 

Suppliment tad-Diploma

X’inhu s-Suppliment tad-Diploma?

Dan is-Suppliment jipprovdi deskrizzjoni tan-natura, kuntest, livell, kontenut u status ta’ l-istudji li student ikun temm b’suċċess f’istituzzjoni ta’ Edukazzjoni Ogħla.

L-għanijiet tas-Suppliment tad-Diploma huma:

Li jippromwovi t-trasparenza tal-kwalifiki fl-Edukazzjoni Ogħla;Li jikkonsidra u jiddeskrivi bidliet fil-kwalifiki;
Li jgħin il-mobbilta’ u l-aċċess għal aktar studju u mpjiegi barra minn xtutna;
Li jipprovdi informazzjoni ġusta u informata dwar il-kwalifiki.


X’mhux is-Suppliment tad-Diploma?

Is-Suppliment tad-Diploma mhux sostitut tad-diploma oriġinali;
Is-Suppliment tad-Diploma mhux mod awtomatiku li jiggarantixxi għarfien tal-kwalifika oriġinali.


Għaliex jintuża s-Suppliment tad-Diploma?

Is-Suppliment tad-Diploma jgħin lil dawk li jridu jaħdmu u/jew jistudjaw barra minn xtutna, billi jipprovdi trasparenza sħiħa tal-livell u l-funzjoni tal-kwalifika.
Is-Suppliment tad-Diploma jipprovdi informazzjoni lill-istudenti dwar il-programm ta’ studji tagħhom li tkun miftiehema faċilment u li tkun tista’ titqabbel ma’ kwalifiki ta’ pajjiżi oħra. Is-Suppliment jagħti deskrizzjoni preċiża tal-kurrikulu akkademiku u l-kompetenzi miksuba matul iż-żmien ta’ studju. Dawn jistgħu jkunu rilevanti għat-tkomplija ta’ studju u għall-opportunitajiet ta’ xogħol barra minn Malta.


Aktar Informazzjoni

Is-Suppliment tad-Diploma jikkonsisti fi tmien taqsimiet:

Identifikazzjoni ta’ min għandu l-kwalifika.
Identifikazzjoni tal-kwalifika u ta' l-istituzzjoni minn fejn oriġinat.
Informazzjoni dwar il-livell tal-kwalifiki.
Informazzjoni dwar il-kontenut u r-riżultati miksuba.
Informazzjoni dwar il-funzjoni tal-kwalifika.
Informazzjoni addizzjonali.
Ċertifikazzjoni tas-Suppliment.
Informazzjoni dwar is-sistema nazzjonali ta’ l-Edukazzjoni Ogħla tal-pajjiż minnfejn ħarġet id-Diploma il-kwalifika.


Dokumenti Rilevanti

X'inhu s-Suppliment tad-diploma
Suppliment tad-Diploma template
Suppliment tad-Diploma Sezzjoni dwar Edukazzjoni Ogħla
 


Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Universita’ ta’ Malta, Uffiċju tar-Reġistratur, tal-Qroqq, Msida, Malta (numru tat-telefon: 21 333903 ).

Europass Malta - Daħla

Grafika t'isfel Blu
Dell Blu Grafika