Suppliment
taċ-Ċertifikat
X’inhu s-Suppliment
taċ-Ċertifikat tal-Europass?
Is-Suppliment taċ-Ċertifikat tal-Europass jingħata lil
nies li għandhom ċertifikat fl-edukazzjoni u taħriġ
vokazzjonali.
Is-Suppliment taċ-Ċertifikat tal-Europass iżid ma’ l-informazzjoni
li tinsab fiċ-ċertifikat oriġinali.
Għaldaqstant is-Suppliment taċ-Ċertifikat Europass jgħin
lil dawk li jħaddmu u organizzazzjonijiet sabiex jaslu
għal deċiżjonijiet preċiżi dwar iċ-ċertifikat
vokazzjonali maħruġ minn entita’ edukattiva. Dan jgħodd
speċjalment għal meta jintuża barra mill-pajjiż
t’oriġini taċ-ċertifikat vokazzjonali. L-informazzjoni
li tinsab fis-Suppliment taċ-Ċertifikat Europass hija
pprovduta mill-awtoritajiet rilevanti li jipprovdu
ċertifikazzjoni.
X’mhux is-Suppliment
taċ-Ċertifikat Europass?
Is-Suppliment taċ-Ċertifikat Europass mhux sostitut
taċ-ċertifikat oriġinali.
Is-Suppliment taċ-Ċertifikat Europass mhux mod
awtomatiku li jiggarantixxi għarfien taċ-ċertifikat
oriġinali.
Għaliex jintuża s-Suppliment
taċ-Ċertifikat Europass?
Minħabba li s-Suppliment taċ-Ċertifikat Europass huwa
dokument “standard” fl-Ewropa, jista’ jgħinek
tikkomunika dettalji tal-kwalifika tiegħek, inkluż
il-kontentut tagħha, kif tinkiseb u x’tippermettilek
tagħmel. Dan jista’ jgħinek tikseb impjiegi jew tkompli
bl-edukazzjoni u/jew taħriġ.
Aktar informazzjoni
Dawn huma d-dettalji li jidħol fihom is-Suppliment
taċ-Ċertifikat Europass:
- ħiliet u kompetenzi miksuba minn min fuqu/ha huwa
ntestat iċ-ċertifikat;
- il-varjeta’ ta’ mpjiegi li huma aċċessibbli għal min
fuqu/ha huwa ntestat iċ-ċertifikat;
- l-organizzazzjonijiet li ssupplixxew u/jew akkreditaw
iċ-ċertifikat;
- il-livell taċ-ċertifikat;
- il-modi differenti kif jinkiseb iċ-ċertifikat;
- il-kwalifiki meħtieġa għad-dħul u opportunitajiet
għall-aċċess għal-livell ta’ edukazzjoni li jsegwi
il-punti ta’ riferiment nazzjonali.
Rakkomandazzjonijiet ġenerali
Minħabba li s-Suppliment taċ-Ċertifikat Europass jista’
jkun tradott, f’ilsien ieħor Ewropew u minħabba, ukoll,
id-diversita’ t’informazzjoni, dawn l-għodod, hawn taħt
imsemmija, għandhom jintużaw meta jkun qed ikun tradott.
Dan sabiex tkun żgurata il-konsistenza tal-kontenut
fil-lingwi kollha.
Meta tidħol fil-‘website’
tal-Europass għandek issib:
glossarju f’diversi lingwi (inkluż bil-Malti) li joffri
terminoloġija f’forma ta’ verbi t’azzjoni li jiddeskrivu
u jgħinuk tittraduċi ħiliet miksuba u kompetenzi oħra;
manwal ta’ kwalita’ għat-traduzzjoni li jipprovdilek
il-linji gwida sabiex issir traduzzjoni kemm jista’ jkun
fidila lejn l-oriġinali.
Dokumenti Rilevanti
Linji gwida għat-traduzzjoni
Linji gwida sabiex jimtela
Struzzjonijiet dwar is-Suppliment
tac-Ċertifikat
Suppliment taċ-Ċertifikat Europass
template
Glossarju ta' verbi t'azzjoni
Europass
Manwal ta' Kwalita'
għat-traduzzjoni
Aktar
informazzjoni tista’ tinkiseb miċ-Ċentru Nazzjonali
tal-Europass, Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, Room 201, Florjana (numru
tat-telefon: 25982440)
Europass
Malta - Daħla
|