GOV.MT

www.gov.mt | doi.gov.mt | education.gov.mt                                      Dritt ta' l-Awtur | Ċaħda | Segretezza Personali
Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilita'

Europass Malta
Dwar Malta NEC

  Dwar Malta NEC u
 
Aħbarijiet

 

  Użu tal-Europass
 

  Curriculum Vitae
 

  Passaport tal-
  Lingwa

 

  Suppliment tad-
  Diploma

 

  Suppliment taċ-
  Ċertfikat

 

  Mobbilta'
 

  Organizzazzjonijiet
 
Relatati

 

  Ikkuntattjana
 

  Mappa tas-Sit
 

  Links
 
 
  Fittex:
 
 

 

Passaport tal-Lingwa

Introduzzjoni

Il-Passaport tal-Lingwa Europass hu dokument li fih tista’ tirreġistra l-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek fil-lingwi. Kien żviluppat mill-Kunsill ta’ l-Ewropa bħala parti mit-tliet taqsimiet tal-Portfolio tiegħu tal-Lingwi Ewropej (ara www.coe.int/portfolio), Fih tista’ tiddokumenta u tiddeskrivi l-esperjenzi u l-kisbiet tiegħek aktar fid-dettall. Hu maħsub li fil-Passaport tal-Lingwa tista’ issir verifika tal-lingwi kollha li tħaddem tajjeb ħafna kif ukoll ta’ dawk li fihom int mhux daqshekk kompetenti. Dan jista’ jinkludi kompetenzi parzjali f’xi lingwi: ngħidu aħna, tkun kapaċi taqra lingwa iżda ma titkellimhiex sew. Il-Passaport tal-Lingwa jista’ jinkludi kompetenza li tkun akkwistajt kemm fil-proċess ta’ l-edukazzjoni formali tiegħek kif ukoll f’’xi proċess ieħor ta’ edukazzjoni.

Minħabba dawn il-livelli tal-Common European Framework of Reference, tista’ tippreżenta l-profiċjenza lingwistika tiegħek b’mod li jinftiehem u li jista’ jitqabbel ukoll internazzjonalment.

Il-Passaport tal-Lingwa jikkumplimenta l-Europass CV (u jinstab f’http://europass.cedefop.eu.int) Dan jista’ jinhemeż miegħu.


Infakkru li:

Biex timla l-Passaport tal-Lingwa tiegħek, tista’ jew

(a) Timla l-format online li hemm fil-websajt tal-Europass (http://europass.cedefop.eu.int) imbagħad tirċievi l-passaport tiegħek bl-e-mail;

Jew

(b) tniżżel mill-istess websajt, il-format (jew bħala dokument Microsoft Word jew rtf) u l-istruzzjonijiet fil-lingwa li tkun trid u tissejvjaha fil-kompjuter tiegħek, imbagħad timla d-dettalji tiegħek.


Dokumenti Rilevanti

X'inhu il-Passaport tal-Lingwa
Struzzjonijiet dettaljati dwar il-mili tal-Passpaport
Biex timla l-Passaport Ewropew tal-Lingwa tiegħek
Passaport tal-Lingwa Europass template
Tabella ta' Auto Assessjar Europass Mobbilita'


Jekk tkun trid għajnuna, ara l-eżempji ta’ passaporti pprovduti f'http://europass.cedefop.eu.int

Europass Malta - Daħla
 

Grafika t'isfel Blu
Dell Blu Grafika