GOV.MT

www.gov.mt | doi.gov.mt | education.gov.mt                                      Dritt ta' l-Awtur | Ċaħda | Segretezza Personali
Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilita'

Europass Malta
Dwar Malta NEC

  Dwar Malta NEC u
 
Aħbarijiet

 

  Użu tal-Europass
 

  Curriculum Vitae
 

  Passaport tal-
  Lingwa

 

  Suppliment tad-
  Diploma

 

  Suppliment taċ-
  Ċertfikat

 

  Mobbilta'
 

  Organizzazzjonijiet
 
Relatati

 

  Ikkuntattjana
 

  Mappa tas-Sit
 

  Links
 
 
  Fittex:
 
 

 

Mobilita'

X'inhu d-dokument Europass Mobility?

Europass Mobility huwa dokument standard li jintuża madwar l-Ewropa li formalment jiġbor fih id-dettalji tal-ħiliet u kompetenzi akkwistati minn individwu - ta' liema età, livell edukattiv jew status ta' okkupazzjoni jkun – matul perjodu ta' mobbiltà f'pajjiż ieħor Ewropew (Unjoni Ewropea, EFTA, ZEE u pajjiżi kandidati).


X'mhux il-Europass Mobility?

Il-Europass Mobility mhuwiex ċertifikat ta' kwalifika imma huwa dokument Ewropew li jiċċertifika perjodi ta' mobbiltà Ewropea


X'inhuma l-għanijiet tal-Europass Mobility?

Il-Europass Mobility għandu l-għan li:

  • jippromwovi mobbiltà Ewropea għal skop ta' tagħlim, billi r-riżultati jkunu aktar miftuħa għal kulħadd;
     

  • jkabbar it-trasparenza u l-viżibiltà ta' esperjenzi ta' mobbiltà Ewropea u b'hekk ikunu mgħejjuna d-detenturi sabiex juru aħjar x'kisbu permezz ta' din l-esperjenza, partikularment fl-għerf, ħiliet u kompetenzi;
     

  • jinkoraġġixxu r-rikonoxximent ta' esperjenzi miksuba barra mill-pajjiż.


X'inhuma il-vantaġġi tal-Europass Mobility?

Permezz tal-Europass Mobility persuna jkollha f'idejha dokument li jiġbor fih id-dettalji ta' l-esperjenzi li dik il-persuna tkun kisbet matul esperjenzi ta' mobbiltà fil-pajjizi Ewropej (Unjoni Ewropea, EFTA, ŻEE u pajjiżi kandidati).


Kif wieħed jista' japplika għall-Europass Mobility?

Applikanti individwali ma jistgħux japplikaw direttament. L-applikazzjonijiet kollha jridu jsiru minn organizzazzjoni f'isem individwu.

Kwalunkwe organizzazzjoni li torganizza esperjenzi ta' mobbiltà fil-pajjiżi msemmija hawn fuq, jistgħu japplikaw għall-Europeass Mobility f'isem l-individwu.


Dokumenti Rilevanti

Struzzjonijiet dwar il-Mobbilta' Europass
Europass Mobbilita' template
FAQ Europass Mobbilita'


Minn fejn wieħed jista' jikseb id-dokument tal-Europass Mobility?

Ikkuntattja l-National Europass Committee f'Malta, li jinsab fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

Europass Malta - Daħla
 

Grafika t'isfel Blu
Dell Blu Grafika