GOV.MT

www.gov.mt | doi.gov.mt | education.gov.mt                                      Dritt ta' l-Awtur | Ċaħda | Segretezza Personali
Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilita'

Europass Malta
Dwar Malta NEC

  Dwar Malta NEC u
 
Aħbarijiet

 

  Użu tal-Europass
 

  Curriculum Vitae
 

  Passaport tal-
  Lingwa

 

  Suppliment tad-
  Diploma

 

  Suppliment taċ-
  Ċertfikat

 

  Mobbilta'
 

  Organizzazzjonijiet
 
Relatati

 

  Ikkuntattjana
 

  Mappa tas-Sit
 

  Links
 
 
  Fittex:
 
 

 

Curriculum Vitae

X'inhu l-Format tal-Europass Curriculum Vitae?

Il-Europass Curriculum Vitae huwa dokument li:

- jagħti stampa ġenerali komprensiva u standardizzata tal-kisbiet edukattivi u l-esperjenza tax-xogħol ta' individwu;
- jenfasizza l-ħiliet u d-dispożizzjonijiet lingwistiċi, soċjali, maniġerjali, tekniċi, artistiċi jew ħiliet u dispożizzjonijiet oħra, ikun li jkun il-mod li bih inkisbu;
- jimmira li jinkoraġġixxi l-għarfien tal-ħiliet "mhux formali", jiġifieri mhux neċessarjament rikkonoxxuti b'ċertifikati u diplomi uffiċjali;

huwa maħsub bħala l-ewwel pass f' "portfolio" li jikkonsisti f'numru ta' strumenti ta' trasparenza, suppliment għal ċertifikat, suppliment għal diploma, eċċ, u b'hekk jintrabat mal-filosofija tat-tagħlim għal matul il-ħajja u l-ħtieġa li jkun hemm rabtiet ċari bejn oqsma u stadji differenti tat-tagħlim.


Il-Vantaġġi tal-Europass Curriculum Vitae

- jgħin lil dawk kollha li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol biex jippreżentaw il-kwalifiki b'mod iżjed ċar u effettiv;
- jagħmilha eħfef biex wieħed ikun infurmat dwar offerti għall-imjpieg u taħriġ f'Malta u fl-Ewropa kollha;
- jgħin biex jingħata trattament ġust billi jenfasizza l-livelli edukattivi milħuqa u l-profil tal-kompetenzi miksuba:

- jgħin lill-individwi sabiex ikunu jistgħu jesprimu b'mod ċar il-kompetenzi u l-esperjenzi miksuba 'l barra mill-edukazzjoni formali u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ;

- jikkontribwixxi b'mod pożittiv għat-trasferiment tal-kwalifiki u tal-kompetenzi minn qasam/stadju għall-ieħor.


X'inhu l-għan tal-Format tal-Europass Curriculum Vitae?

Il-Format tal-Europass Curriculum Vitae ġie żviluppat biex:

- iġib lil dak li jkun konxju ta’ l-informazzjoni essenzjali meħtieġa f'curriculum vitae;
- jgħin lill-individwi biex jagħtu tagħrif dwar il-kwalifiki, il-kompetenzi u l-esperjenzi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti;
- jgħin lil min jista` jimpjega lin-nies, lill-istituzzjonijiet tat-tagħlim u tat-taħriġ, kemm lokalment u kemm barra minn Malta, sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ l-għerf u tal-ħiliet ta' l-applikanti.


Istruzzjonijiet dwar l-użu tal-Format tal-Europass Curriculum Vitae (CV)

Curriculum Vitae spiss ikun l-ewwel kuntatt ma' min jista` jħaddem fil-futur, għalhekk jeħtieġ li jolqot l-attenzjoni ta' min potenzjalment jista' jħaddmu.


Rakkomandazzjonijiet Ġenerali

- Agħti attenzjoni dwar kif tippreżenta s-CV tiegħek. Ma għandhom jinqabżu l-ebda dettalji.

- Ikkonċentra fuq dawk il-ħwejjeġ li huma essenzjali. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, CV għandu jkun qasir.

- Addatta s-CV tiegħek skond l-impjieg li qed tapplika għalih:

enfasizza l-vantaġġi potenzjali,
qatt tonfoħ is-CV tiegħek artifiċjalment.

- Żomm il-binja tal-Format.
- Ipprintja s-CV tiegħek fuq karta bajda u żomm il-format issuġġerit.

- Kun ċar u konċiż:
- uża sentenzi qosra,
- ikkonċentra fuq l-aspetti rilevanti tat-taħriġ u l-esperjenza tax-xogħol tiegħek,
- fisser il-waqfien fl-istudji jew fil-karriera tiegħek.

Preferibilment, itlob lil xi ħadd ieħor biex jaqra s-CV tiegħek u biex jiċċjekkjalek illi l-kontenut ikun ċar u ħafif biex tifhmu.


Dokumenti Rilevanti

CV Paġna 1 & 2
CV Paġna 3
CV Paġna 4
CV Paġna 5
CV Paġna 6
CV Paġna 7
CV Paġna 8
CV Paġna 9
CV Paġna 10
CV Paġna 11
CV Paġna 12
CV Paġna 13

Struzzjonijiet CV
CV template bil-Malti


Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass, Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, Room 201, Floriana.

Numru tat-telefon 25982440 e-mail europassmalta@gov.mt
Website maltanec.gov.mt

Europass Malta - Daħla
 

Grafika t'isfel Blu
Dell Blu Grafika