Dritt ta' l-Awtur
L-informazzjoni f’din il-websajt hi koperta
bil-provizjoni tal-Att tad-Drittijiet ta’ l-Awtur,
il-ligijiet ta’ Malta u regolamenti ohrajn. L-informazzjoni
f’din il-websajt hija disponibbli ghall-uzu personali u
tal-pubbliku ghal skopijiet mhux kummercjali. Ghall-
ghanijiet hawn fuq imsemmijin, l-informazzjoni tista’
tkun riprodotta minghajr hlas jew bzonn ta’ talba ghal
permess minn NEC (Malta) bil-kundizzjoni li materjal
riprodott ikun kopja vera ta’ l-original u li NEC Malta
tkun identifikata bhala s-sors ta’ din l-informazzjoni.
Il-materjal riprodott m’ghandu bl-ebda mod ikun
ipprezentat bhala verzjoni ufficjali, u lanqas bhala li
kien prodott f’affiljazzjoni ma’ jew minghajr il-permess
ta’ NEC (Malta).
Ċaħda
Aħna
nagħmlu kull sforz biex izzomm l-eżattezza ta' l-informazzjoni
fuq din il-website imma ma tistax taccetta
responsabbiltà għal kwalunkwe preġudizzju, telf jew
ħsara li tista' sseħħ mill-użu ta' l-informazzjoni.
Aħna ma nipprovdux kontroll ta' kwalità ta' links
esterni; l-inklużjoni ta' xi isem ta' kumpanija jew
negozjant fi ħdan il-paġni m'għandhiex tinftiehem bħala
rakkomandazzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi ta' dik
il-kumpannija jew dak in-negozjant.
Jekk issib xi ħaga fuq din il-website li tinkwetak jekk
joghgbok ibgħat
e-mail jew uża l-formola
tal-'feedback'.
Segretezza
Personali
Nixtiequ
nirringrazzjawkom talli żortu
maltanec.gov.mt
1.0 Il-Politika tal-Privatezza
Aħna mpenjati lejn il-protezzjoni tal-privatezza
tal-viżitaturi tagħna u ma niġbru ebda informazzjoni
personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhielnix
volontarjament. Kwalunkwe informazzjoni personali li
intom tikkomunikaw lilna tinżamm fi ħdan
maltanec.gov.mt innifsu
skond l-att dwar il-Protezzjoni
u l-Privatezza tad-Data 2001.
2.0 L-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data
2001
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001
għadda fl-14 ta' Diċembru 2001 u ġie fis-seħħ fil-15 ta'
Lulju 2003. Għalhekk għandna dmir legali li nirrispettaw
u nipproteġu kwalunkwe nformazzjoni personali li niġbru
mingħandkom u dan id-dmir nirrispettawh. Nieħdu
s-salvagwardji kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess
mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura
mingħandkom bħala viżitaturi, lil xi parti terza jew
Dipartiment tal-Gvern sakemm intom ma tagħtuniex
il-kunsens tagħkom.
3.0 Informazzjoni Miġbura
Bħala viżitatur, niġbru tliet tipi ta' nformazzjoni
dwarek:
Informazzjoni dwar kuntatt jew feedback;
Informazzjoni dwar id-download tal-webpage;
Informazzjoni dwar l-użu tas-Sit.
3.1 Il-Kuntatt jew il-Feedback
Meta timla l-formola dwar il-paġna ta'
"Ikkuntattjana", aħna
nużaw l-informazzjoni personali sottomessa fil-formola
biss biex nirrispondu għall-messaġġ tiegħek. Din
l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli
neċessarju u titħassar la darba l-ħtieġa tal-feedback
tintlaħaq.
3.2 Informazzjoni dwar id-Download
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna,
aħna awtomatikament niġbru u naħżnu l-informazzjoni li
ġejja li mhijiex personali:
Il-webpage jew download mitluba;
Jekk it-talba kinitx ta' suċċess jew le;
Id-data u l-ħin meta int għamilt aċċess għas-sit;
L-indirizz ta' l-Internet tal-web site jew l-isem
tad-dominju tal-kompjuter li minnu int għamilt aċċess
għas-sit;
Is-sistema ta' operazzjoni tal-magna li qed tmexxi l-web
browser tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-web browser
tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li din l-informazzjoni hija
strettament biss għall-użu ta'
maltanec.gov.mt u mhix maqsuma,
mikrija, jew mibjugħa fi kwalunkwe mod lil xi
organizzazzjoni oħra.
3.3 L-użu ta' l-Informazzjoni mis-Sit
Maltanec.gov.mt jikkreja "cookies" għal kull sessjoni meta inti
żżur il-web site tagħna. Dawn il-cookies jaħżnu
informazzjoni li hi mibgħuta lill-browser tiegħek -
flimkien ma' web page- meta inti tagħmel aċċess
għall-web page. Il-browser tiegħek jirritorna
l-informazzjoni dwar il-cookie biss lid-dominju li minnu
l-cookie oriġina, jiġifieri maltanec.gov.mt u ebda web site ieħor
ma jista' jitlob din l-informazzjoni. Meta inti
tirritorna għal maltanec.gov.mt, il-cookie jerġa' jintbgħat
lill-web server, flimkien mat-talba l-ġdida tiegħek.
4.0 Links għal Web Sites oħrajn
Is-Sit tagħna għandu numru ta' links għal
organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali
oħrajn. Hemm xi każijiet, għall-benefiċċju
tal-viżitatur, fejn jista' jkun meħtieġ li aħna noħolqu
link għal web sites oħrajn ta' organizzazzjonijiet
oħrajn wara li jinġjieb permess mingħandhom
rispettivament. Huwa mportanti għalik li tinnota li
malli tagħmel link għal sit ieħor, inti m'għadekx
fis-sit tagħna u ssir soġġett għall-politika privata
tas-sit il-ġdid.
5.0 Aċċess għall-Informazzjoni tiegħek
Inti tista' titlobna fi kwalunkwe ħin liema
informazzjoni dwarek hija effettivament miżmuma, jekk
hemm, f'dak il-ħin partikolari. Inti għandek id-dritt li
xi affarijiet dwarek li mhumiex eżatti jiġu kkoreġuti u
meta applikabbli mħassra, jekk ma jkunux diġa' mħassra.
6.0 Bidliet għal din il-Politika tal-Privatezza
Jekk ikun hemm xi bidliet għal din il-Politika
tal-Privatezza, aħna nissostitiwxxu din il-paġna
b'verżjoni aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek
stess li tiċċekkja l-paġna tal-"Politika tal-Privatezza"
kull meta tagħmel aċċess għall-web site tagħna sabiex
tkun konxju ta' xi tibdiliet li jistgħu iseħħu minn
żmien għal żmien.
Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilita'
Sar kull sforz biex
nassiguraw li din il website tikkonforma mal-bżonnijiet
u rakkomandazzjonijiet ta’ standards normali u li
niżguraw li l-website taqdi bżonnijiet ta' individwi
b’diżabbiltajiet speċifiċi.
Europass
Malta - Daħla
|